Lokali

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontrol tal-mutur fil-Mellieħa

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li tilef il-kontrol tal-mutur fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Marfa u sabet liż-żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Lija.

Mill-ewwel stħarriġ jidher li tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.