Lokali

Karozza tal-linja evakwata wara li nħakmet mid-duħħan

Il-passiġġieri ta’ karozza tal-linja li kienet għaddejja mix-Xemxija kellhom jiġu evakwati wara li din inħakmet mid-duħħan.

Uħud dawk li kienu abbord, u li tkellmu magħna, spjegaw kif f’mument minnhom bdiet tinxtamm riħa ta’ ħruq waqt li mill-parti ta’ wara tal-vettura dehret daħna.

Kien hawn li x-xufier niżżel lil kulħadd biex jevita konsegwenzi iktar serji. Fortunatament ħadd ma weġġa’.