Il-Mater Dei Strina Fund Raising Committee, għar-raba’ sena organizza Sparatura b’risq l-Istrina. L-attività saret matul il-ġurnata tal-Ħadd fix-shooting range ta’ Ħal Far.
Matul din l-attivita’, kull min ipparteċipa, fosthom nisa, taw donazzjoni ta ħmistax-il ewro biexd intlaħqet is-somma ta elf ewro. Dawn jiżdiedu flimkien mal-attivitajiet oħra li jiġu organizzati mill-istess kumitat matul is-sena sabiex imbagħad jiġu ppreżentati nhar l-Istrina.
L-attivita kienet maqsuma f’żewġ sessjonijiet, l-ewwel waħda sparatura fuq id-dritta filwaqt li fit-tieni sessjoni kien hemm sparatura sporting. Ir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni, 6 minn kull sessjoni, ġew mgħotija midalja mill-President ta’ Malta George Vella.

Barra minn din l-attivita’ b’risq l-Istrina bħalissa għaddejja wkoll wirja tal-arti fl-entratura tal-Isptar Mater Dei. Dan waqt li, matul il-Ġimgħa d-dieħla, ser ikun qed jittella bazaar ta’ pjanti, fl-Isptar Mater Dei ukoll.
//= $special ?>