Sport

L-atletika fil-GSSE u Alex Zanardi fit-32 programm

Alex Zanardi waqt l-intervista ma' Charles Camenzuli

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem fuq Net Television jixxandar it-32 programm mis-sensiela Sport Extra bi preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Wara s-suċċess miksub fl-atletika waqt it-18-il Edizzjoni tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa, fl-ewwel parti tal-programm l-enfażi hi dwar l-atletika. Mistiedna uħud mill-atleti li kisbu suċċess fil-Montenegro fosthom Ian Paul Grech, Claire Azzopardi, Lisa Marie Bezzina u Paula Grech.

Fit-tieni parti, intervista esklussiva ma’ wieħed mill-aqwa personalitajiet fid-dinja tal-isport. L-eks sewwieq tal-Formula 1 u llum rebbieħ ta’ erba’ midalji Olimpiċi fil-Paralimpjadi f’Londra 2012 u Rio 2016, Alex Zanardi. Il-mawra ta’ Zanardi kienet possibbli għall-akkademja Avanza u Robert Micallef li f’intervista għal Sport Extra jagħti dettalji x’wassal biex Zanardi jinġieb Malta.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Bernie Dimech.