Żvediż ta’ 30 sena, residenti Tas-Sliema qed isofri ġrieħi gravi wara li safa ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45pm fi Triq is-Snajja, fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>