Lokali

Sewwieq isofri ġrieħi gravi wara li spiċċa f’gandott fl-Imrieħel

Sewwieq ta’ mutur, 49 sena u joqgħod ix-Xgħajra, qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fl-Imrieħel għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar.

Jidher li s-sewwieq kien għaddej mill-bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni tal-Marsa, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u spiċċa f’gandott.

Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku, li ħa lis-sewwieq l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.