Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Tumas, Yorgen Fenech, iddeskriva l-allegazzjonijiet li saru minn David Thake fil-programm Xarabank bħala gideb mhux sostanzjat.
Fi stqarrija lill-midja, Fenech innota kif David Thake akkużah b’mod falz li għamel xi attentati biex jinfluwenza l-proċess demokratiku elettorali billi offra somma flus biex il-membru parlamentari Ewropew David Casa ma jiġix elett.
Fl-istqarrija tiegħu, Fenech fakkar li David Thake għamel dawn l-allegazzjonijiet mingħajr ma ppreżenta l-ebda evidenza u ddikjara b’mod ċar li din kienet gidba li probabbilment hi riżultat tal-immaġinazzjoni tal-istess Thake.
Yorgen Fenech stieden pubblikament lil David Thake biex jissostanzja l-akkużi tiegħu , fl-istess waqt li nnota li ma jistax jagħmel dan għax l-akkużi huma foloz. Jekk ma jagħmilx dan, Fenech qal li Thake għandu jirtirahom.
Waqt il-programm Xarabank, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stieden lil David Thake biex imur bil-provi għand il-Pulizija biex ikunu jistgħu jinvestigaw.
Minkejja dan, David Thake diġa ddikjara li mhux se jilqa’ din l-istedina għaliex qal li l-Pulizija ma ħadux azzjoni lanqas meta kellhom provi kontra l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri.
//= $special ?>