Internazzjonali Kurżitajiet

Aġġornament fuq Facebook li jaf ippoġik fil-għali

Jekk inti xi persuna li tħobb tnemmes xi ritratti fuq il-midja soċjali ta’ Facebook jew nkella l-għaxqa tiegħek tara r-ritratti ta’ ħaddieħor biex tara x’inhuma jagħmlu – issa trid iżżomm moħħok hemm.

Dan hekk kif aġġornament li mistenni jiġi introdott fl-app ser iwassal sabiex, bħal Instagram, persuna tista’ twettaq ‘like’ billi tehmeż darbtejn ir-ritratt.

Preżenament din il-mossa fuq Facebbok iġġiegħel ir-ritratt jikber iżda mill-ewwel indikazzjonijiet jidher dan l-aġir isarraf f’like u għaldaqstant tinqabad liema ritratti kont qed tqalleb fihom.

Minħabba l-fatt li dan l-aġġornament għadu taħt test – s’issa mhux magħruf meta ser ikun qed jiġi introdott imma l-aħjar li persuna tkun preparata għal kull eventwalità. Bniedem avżat, nofsu armat.