Sport Sport Ieħor

Fabio Baldacchino jirbaħ ukoll it-tielet rawnd tal-kampjonat tal-hillclimb

Ilbieraħ fl-Imtaħleb ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Hillclimb mill-Island Car Club. Bħal dak li ġara fir-rawnds preċedenti, Fabio Baldacchino ħareġ rebbieħ segwit minn Darren Camilleri u Terence Vella li spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament. Camilleri kien spiċċa t-tielet fl-ewwel rawnd.

Didier Bugeja kien l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza li tingrana fuq quddiem filwaqt li Joseph Cutajar kien l-aktar veloċi minn dawk kollha li saqu karozzi li tingrana fuq wara. Il-kampjonat mistenni jkompli f’Settembru li ġej minħabba l-waqfa għas-sajf, għalkemm mhux eskluż li l-Island Car Club jorganizza xi attivitajiet oħra għall-membri tiegħu f’dan il-perjodu.