Futbol Sport

Il-Ġappun tiddiżappunta bi draw kontra l-Arġentina

(Ritratt: EPA)

Il-Ġappun bdiet il-mixja tagħha fit-tama lejn it-tielet finali konsekuttiva bi draw diżappuntanti kontra l-Arġentina li rnexxielha tikseb l-ewwel punt f’Tazza tad-Dinja. Il-Ġappuniżi rebbieħa fl-2011, iddominaw il-pussess tal-logħba iżda ftit kienu ta’ periklu, bl-aħjar ċans jasal fit-tieni taqsima għand Yui Hasegawa li falliet minn qagħda tajba. L-ebda tim ma kellu xutt fil-lasta fl-ewwel taqsima.

Fil-logħba l-oħra, gowl ta’ Kadeisha Buchanan tat rebħa ta’ 1-0 lill-Kanada fuq il-Kamerun. Id-difensur ta’ Olympique Lyon skorjat minn b’daqqa ta’ ras minn korner lejn tmiem l-ewwel taqsima. Il-Kanadiża Prince laqtet il-lasta meta l-iskor kien għadu 0-0. Il-Kamerun marret l-aktar viċin il-gowl b’daqqa ta’ ras ta’ Claudine Meffometou li għaddiet ftit barra.

Tazza tad-DinjaIlbieraħ

Grupp D: Arġentina v Ġappun 0-0

Grupp E: Kanada v Kamerun 1-0

Logħob li jmiss:

Grupp E: New Zealand v Olanda 3.00pm

Grupp F: Ċili v Żvezja 6.00pm, Stati Uniti v Tajlandja 9.00pm