– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li fil-bidliet li qed jipproponi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kif proposti mill-Kummissjoni Venezja, il-gvern qed jonqos milli jdaħħal il-kunċett tal-kunsens nazzjonali propju għaliex ma ddiskutiex mal-Oppożizzjoni waqt li njora wkoll il-kunċett taż-żewġ terzi. Il-gvern ma jistax imur il-parlament u jinjora l-proposti u tal-Oppożizzjoni meta l-Oppożizzjoni ilha ħafna titkellem dwar il-kunċett tal-qbil biż-żewġ terzi f’dawn ir-riformi.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-Gvern irid jaċċetta li l-Kummissjoni Venezja tkellmet dwar diversi suġġetti li dwarhom l-Oppożizzjoni trattat fid-dettall. Il-Gvern ppreżenta abbozz ta’ liġi li hu parti minn dak li tgħid il-Kummissjoni Venezja u parti minn dak li trid l-Oppożizzjoni iżda m’għandux fih il-kunsens taż-żewġ naħat.
Hu kompla li l-Gvern ressaq dan l-abbozz biex jara x’se tkun ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni bla ma għaddieh lill-Oppożizzjoni qabel biex iġib il-kunsens. L-abbozz jinjora kompletament u b’supperva waħda mit-talbiet fundamentali tal-Oppożizzjoni.
Il-PN irid il-ħatriet tal-karigi bil-kunsens taż-żewġ terzi, sostna Mifsud Bonnici, li qal li l-esperjenza tal-Avukat Ġenerali u l-Ombudsman huma esperjenzi pożittivi. Importanti li dawk li jkunu maħtura f’dawn il-karigi jkollhom il-fiduċja taż-żewġ naħat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2002 il-poteri kienu infirdu fejn kienu saru diversi kunsiderazzjonijiet. Hu tajjeb li jsiru żewġ aġenziji separati għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fil-liġi l-Ministru ħalla l-poteri kif kienu. Ir-rapport tal-Uffiċċju għadu jkun diskuss f’wieħed mill-Kumitati Parlamentari biex isiru l-mistoqsijiet meħtieġa. Hu tkellem dwar il-Bord tat-Tmexxija li kien twaqqaf biex ikun hemm skrutinju u għarfien fiż-żewġ aġenziji. F’dan l-abbozz, dan il-bord ma kienx inkluż.
Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar ir-rwol tal-Avkat tal-Istat u qal li dan il-gvern sab l-Aġenzija tal-Avukat Ġenerali tuffunzjona. Se jkun hemm diffikultajiet fis-separazzjoni tal-poteri, sostna Mifsud Bonnici, li tkellem b’mod pożittiv dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Avukat tal-Istat se jkollu l-abbozzar tal-liġijiet li hu ċ-ċavetta tas-suċċesss tal-Istat Maltin biex il-liġijiet isiru sewwa. Hu tkellem dwar il-proċeduri tal-ħruġ tal-atti tal-akkużati u sostna li kien gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami li kellu l-kuraġġ isib bi qbil u kunsens fuq l-Avukat Ġenerali. Hu tkelelm dwar l-improtanza tal-iskrutinju li għandu jsir bl-istess mod kif isir l-iskrutinju dwar ir-rapport tal-Ombudsman
//= $special ?>