Lokali Saħħa

Ir-robot “Mario” f’Mater Dei

Mario, robot li permezz tiegħu l-pilloli u l-mediċina tal-pazjenti se jkunu qed jitqassmu lil kull pazjent fi ftit minuti.

Tul konferezna tal-ahbarijiet li saret f’Mater Dei stajna naraw dimostrazzjoni ta’ dan ir-robot, kif jaħdem, permezz tas-software bl-isem ta’ Sofia – sistema kompjuterizzata tal-ogħla livell u robot li permezz tiegħu kull professjonist mediku se jkun jaf eżatt il-pazjent x’qed jingħata bħala kura.

Intqal li l-Gvern qed jintrabat ma’ kumpannija privata li rebħet tender għal ħmistax-il sena li se tkun qed tagħmel investiment fl-isptar. Fi żmien li ġej se jibda jingħata wkoll taħriġ lill-ħaddiema tal-isptar biex ikunu jafu kif tinħadem din is-sistema.

Il-Ministru qal li permezz ta’ din is-sistema robotika se jkun qed jiffranka milli jħaddem aktar nies fl-isptar u fil-qasam tas-saħħa, dan għaliex dan ir-robot se jkun qed jagħmel xogħol li ssoltu kien jagħmlu l-ħaddiema preżenti fis-settur mediku.

Ir-robot se jqassam f’pakketti individwali il-mediċina għal kull pazjent, u kif ukoll il-mediċina li tkun preskritta.