Fil-parlament Kevin Cutajar llum ħa l-ġurament tal-ħatra ta’ deputat Nazzjonalista biex se jkun qed jimla l-post vakant bir-riżenja ta’ David Stellini. Id-deputat Speaker Claudette Buttigieg, il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lkoll awguraw lid-deputat Nazzjonalista ġdid Kevin Cutajar għal dan ir-rwol tiegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia feraħ lil Kevin Cutajar u qal li jinsab ċert li l-ħidma tiegħu lejn Għawdex se tkun vitali. Hu qal li l-viżjoni ta’ Kevin hi viżjoni ċara u nadifa għall-pajjiż biex il-pajjiż jikseb riżultati għal dawk li forsi jaslu.
Adrian Delia appella biex Kevin Cutajar jingħata r-riżorsi kollha fil-parlaemntbiex iwettaq l-abbiltajiet kollha tiegħu.
Fl-ewwel ntervent tiegħu fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li hu privileġġ kbir li jkun parti mill-parlament u qed iħoss ir-responsabbiltà lejn il-votanti li vvutawlu. Hu qal li se jipprova jsarraf din ir-responsabbiltà għall-pajjiż u għal Għawdex.
//= $special ?>