Internazzjonali

Miljun persuna fi protesti f’Hong Kong

Organizzaturi qed jistmaw li madwar miljun persuna ħadu sehem fi protesti fil-biċċa l-kbira tagħhom paċifiċi f’Hong Kong, bid-dimostranti jipprotestaw kontra liġi proposta li tista tagħti awtorità liċ-Ċina sabiex tieħu passi kontra politiċi li jopponuha f’Hong Kong.

Iċ-Ċina minn naħa tagħha qed tgħid li “forzi barranin” qed jippruvaw “jagħmlu ħsara liċ-Ċina billi joħolqu kaos f’Hong Kong.

F’xi ħin inqala’ ġlied bejn ftit mijiet ta’ dimostranti u l-Pulizija.

Il-Gvern Ċiniż qal li beħsiebu jibqa’ għaddej bl-ipproċessar tal-liġi ta’ estradizzjoni nhar l-Erbgħa.

Jekk l-estimi ta’ miljun persuna fid-dimostrazzjoni huma korretti, din tkun l-akbar protesta f’Hong Kong mindu dan it-territorju għadda mir-Renju Unit għaċ-Ċina fl-1997.