Qormi Daikin kellhom jikkuntentaw bit-tielet post wara li fl-aħħar logħba tat-tournament dik ta’ klassifikazzjoni, tilfu b’shoot-off kontra Kringsja SK tan-Norveġja. Il-Qriema rebħu t-tliet logħbiet li lagħbu fil-grupp tagħhom qabel din il-logħba.
Fil-ħin regolamentari l-logħba ntemmet 2-2. Qormi kienu marru fil-vantaġġ fl-24 minuta b’gowl ta’ Duncan Edwards wara azzjoni ta’ penalty korner, iżda Kringsja ġabu d-draw erba’ minuti wara permezz ta’ Inderjeet Thatal.
Juan Sarcia reġa’ poġġa lil Qormi minn fuq fil-41 minuta minn penalty stroke iżda huma reġgħu ntlaħqu minuta wara meta minn penalty korner, skorja l-aqwa skorer tat-tournament Abhishek Singh. Ix-shoot-off kienet fatali għat-tim Malti b’Joseph Cuschieri, Keith Bajada u Duncan Edwards ifallu filwaqt li n-Norveġiżi skorjaw tliet darbiet.
Floriana Youngstars ikkuntentaw bil-ħames post wara li dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Kilppari 2-1. Il-Finlandiżi fetħu l-iskor wara biss tliet minuti b’gowl ta’ Sampo Hirvioja minn penalty korner, iżda Luke Borg Costanzi u Andrea Curmi skorja fl-24 u s-26 minuta, vantaġġ minimu li nżamm sat-tmiem.
It-tournament intrebaħ minn Eagles HC ta’ Ġibiltà li kif mistenni għelbu lill-Ungeriżi Epitok HC 4-0. F’logħba oħra, id-debuttanti HC Luxembourg għelbu lil Seinajoki United 2-0.
//= $special ?>