Il-Kummissjoni Ewropea wissiet lil Malta biex temenda ir-regoli tal-licenzji tal-karozzi, biex ikunu l-istess bħall-kumplament tal-Unjoni Ewropea.
Il-kwistjoni tirrigwardja ir-registrazzjoni tal-karozzi wara l-1 ta’ Jannar 2009. Dawn il-karozzi importati f’Malta minn pajjiżi membri tal-UE huma intaxxati ferm aktar minn karozzi simili rreġistrati f’Malta qabel dik id-data…anke meta l-karozza importata tkun diġà ġiet irreġistrata fi Stat Membru ieħor.
L-awtoritajiet Maltin issa għandhom xahrejn biex iwieġbu, u fin-nuqqas ta’ dan, il-Gvern jista’ jitressaq quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u kif ukoll bil-possibiltà li pajjiżna jkun imħarek.
Meta ġie kkuntattjat mill-midja, kelliem ghal Kastilja qal illi “il-gvern Malti ħa nota tal-kwistjoni mqajma u qed jeżamina l-kwistjoni sabiex jissottometti l-pożizzjoni tiegħu.”
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ligi Maltija mhix kompatibbli mal-liġi tal-UE. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-liġi tal-UE hija miksura meta t-taxxi fuq it-toroq jiġu kkalkulati skont kriterji differenti li jwasslu għal taxxi ogħla li jiġu imposti fuq karozzi importati minn Stati Membri oħra meta mqabbla ma’ vetturi mhux importati.
//= $special ?>