9 Ball Cafe Qawra huma ċ-champions nazzjonali l-ġodda meta rebħu x-Schweppes Kampjonat Premier. Huma għelbu lill-favoriti Senglea Boċċi Club bl-iskor konvinċenti ta’ 10-5. It-tim rebbieħ kien magħmul minn Marlon Bugeja, Clayton Attard, Warren Attard, Joseph Psaila, Ryan Pisani, Duncan Pisani, Simon Sciberras, Jason Grima u Ivan Bonello.
Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ntrebaħ minn Cospicua Rangers li għelbu l-isfida ta’ St. Mary Mqabba 10-4. It-tim ta’ Cospicua nkluda lil Jason Mifsud, Malcolm Azzopardi, Warren Falzon, Brendan Falzon, Joseph Casha, Robert Fenech, Alex Tanti u Matthew Xerri.
It-Tieni Diviżjoni ntrebħet minn PL Fgura wara li għelbu lil Qormi United 10-7 f’logħba missielta. Kien lejn it-tmiem li t-tim mill-Fgura approfitta u ħareġ rebbieħ. Brian Grech, Rudolph Gellel, Marco Bonello, Anthony Mifsud, Noel Cassar, Ian Grech, Matthew Cutajar, Charles Peresso, Clive Zammit u Max Grech iffurmaw it-tim rebbieħ.
Id-debuttanti PL Żejtun rebħu t-Tielet Diviżjoni b’rebħa ta’ 10-6 kontra Luqa Boċċi Club. Huma kienu fi żvantaġġ ta’ tliet frames fl-ewwel sezzjoni iżda rnexxielhom jirkupraw. It-tim rebbieħ inkluda lil Laurence Muscat, Clayton Muscat, Noel Camilleri, Joseph Camilleri, Christ Domenici, Charlot Aquilina, Noel Borg, Charles Camilleri, Carlos Caruana u Nordai Desira.
//= $special ?>