Il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drifting organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali. L-avveniment ġie organizzat f’Ta’ Qali, fil-parkeġġ li jwassal għad-daħla ewlenija tal-MFCC taħt xemx qalila, bis-sewwieqa jagħtu l-aħjar tagħhom minkejja t-temp sħun.
Iċ-champion renjanti Andrea Fabri rebaħ it-tieni rawnd konsekuttiv permezz tal-karozza tiegħu Enemed Supra. Marisa Grixti okkupat it-tieni post permezz tal-karozza Silva S14 filwaqt bil-BMW u b’magna Toyota, Dorian Galea spiċċa t-tielet. L-avveniment kien ikkontrollat minn Carmelo Borg filwaqt li Adrian Figallo kien il-ġurija uffiċjali.
//= $special ?>