Il-klabb Taljan tas-Serie A Roma ħatru lil Paulo Fonseca bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom b’kuntratt ta’ sentejn. Fonseca li mexxa lil Shaktar Donetsk għal tliet doppjetti domestiċi bejn fl-aħħar tliet staġuni konsekuttivi, se jieħu post Claudio Ranieri li nħatar f’Marzu sa tmiem l-istaġun fuq bażi temporanja.
Il-President ta’ Roma James Pallotta qal li Fonseca hu kowċ żagħżugħ u ambizzjuż b’esperjenza internazzjonali, mentalità rebbieħa u b’reputazzjoni ta’ futbol offensiv. Hu żied li Fonseca jinsab preparat għall-isfida li għandu biex jgħaqqad tim li l-partitarji jkunu kburin bih.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Fonseca rringrazzja lit-tmexxija tal-klabb tal-opportunità li tawh u jinsab eċċitat u motivat bil-ħidma li għandu quddiemu. Il-kowċ ta’ 46 sena għandu l-għan li jwassal lil Roma lura fil-UEFA Champions League wara li l-istaġun li għadda temmew fis-sitt post u għalhekk l-istaġun li ġej mhux se jkunu fil-kompetizzjoni għall-ewwel darba mill-2013.
//= $special ?>