Il-gvern qed jinnegozja biex jixtri d-dar li fiha kienet toqgħod ir-Reġina Eliżabetta II fit-Telgħa ta’ Gwardamangia.
Fil-parlament, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ikkonferma dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Hu qal li hemm diffikultajiet f’dan ir-rigward iżda awgura li jinstabu soluzzjonijiet biex tinxara din id-dar li hi dar tal-privat.
Tul is-snin din id-dar tħalliet abbandunata u ma kinitx okkuapata; dan wassal beix id-dar tinsab fi stat ta’ abbandun u teħtieġ proġett qawwi ta’ restawr, oriġinarjament id-dar kienet Villa Medina iżda aktar tard saret Villa Gwardamangia u llum hi skedata għall-wirt storiku tagħha.
//= $special ?>