Lokali Parlament

Il-parlament isellem lill-ex Deputat Speaker Michael Bonnici

Il-parlament Malti sellem lill-ex Deputat Speaker tal-Parlament d-deputat Nazzjonalista Michael Bonnici li serva bħala deputat bejn l-1987 u l-2003.

Għal din it-tislima attendew il-familjari ta’ Michael Bonnici u fiha tkellmu d-Deputat Speaker Claudette Buttigieg, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, il-Viċi-Kap tal-PN David Agius u d-deputat Godfrey Farrugia.

Id-deputat Speaker Claudette Buttigeg qalet li Michael Bonnici kien għamillha kuraġġ kbir meta ħadet il-kariga ta’ Deputat Speaker.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li Michael Bonnici qal li Michael kien ħabib tan-nies, politiku, spiżjar u persuna li jaħdem fil-volontarjat. Hu qal li ħafna nies jirrikonoxxu lil Michael u kkwota minn diversi artikli pożittivi dwar il-kwalitajiet ta’ Michael Bonnici foshtom kien Nisrani u ċittadin tajjeb. Michael Bonnici qatt ma ttraskura l-familja minkejja li kien fil-politika. Hu kellu wkoll sens ċiviku u kien politiku favur l-ambjent.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li Michael Bonnici wettaq ħidma politika kbira favur il-PN f’Ħaż-Żebbuġ u sostna li kemm il-PN, il-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-pajjiż jirringrazzjaw lil Michael Bonnici għall-ħidma tiegħu.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li Michael Bonnici kien ġentlom kbir, umanità kbira u ta ħafna lill-pajjiż kemm fil-parlament kif ukoll barra. Hu għamel ħafna xogħol biex tinbena spiżerija li tmur lura snin twal.

Evarist Bartolo qal li Michael Bonnici kompla bl-impenn tiegħu biex ikabbar l-ispiżerija fis-Santu Spirtu fir-Rabat fejn anki ta ħafna mill-wirt ta’ missieru u tiegħu waqt li kien imur anki jixtri oġġetti storiċi.

Michael Bonnici kien ippropona li l-Każin Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żebbuġ jissemma’ għal Dun Mikiel Azzopardi. Fl-aħħar żmien tiegħu Michael Bonnici kompla bl-istudji tiegħu, sostna il-Ministru Michael Bonnici, li kompla li Michael Bonnici kien jirrispetta anki lill-avversarji poltiiċi tiegħu. Malta għandha x-xorti li kellha poltiiċi bħal Michael Bonnici u l-pajjiż għandu jkun kburi b’Michael Bonnici.