Lokali

“L-OHSA ma tistax tkun fuq kull post tax-xogħol”

Ta’ kull sena, l-uffiċjali tal-Awtorita Maltija tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol jagħmlu xejn inqas minn 3,500 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol.

Spezzjonijiet importanti li, kif jispjega l-Kap Eżekuttiv Mark Gauci, jistgħu jwasslu biex ikunu salvati l-ħajjiet tal-impjegati inkella mard jew diżabbiltajiet serji.

Għalkemm l-iktar xogħol li jidher, l-OHSA mhix inkarigata biss mill-moniteraġġ tal-ħaddiema f’siti ta’ kostruzzjoni imma f’kull post tax-xogħol madwar Malta u Għawdex.

Iżda minkejja dan, hu impossibbli li l-uffiċjali tal-OHSA ikunu fuq kull post tax-xogħol f’kull ħin tal-ġurnata.

Hu għalhekk li anke l-pubbliku wkoll għandu d-dover li jirrapporta u mhux sempliċiment jilmenta fuq il-midja soċjali, ghaliex ghall-OHSA li hu impossibbli li l-uffiċjali tagħha jkunu ħin kollu fuq il-midja soċjali.

Dan apparti li ritratti jew filmati fuq il-midja soċjali lanqas jistgħu jintużaw bħala prova fil-Qorti.

Għall-kuntrarju, rapport lill-OHSA jwassal mhux biss biex il-periklu jitneħħa, hekk kif l-awtorità għandha poteri li twaqqaf ix-xogħol, iżda wkoll jiggarantixxi li min iressaq ir-rapport jibqa’ kunfidenzjali u tidher l-OHSA floku.