Fi grupp fuq Facebook bl-isem ta’ ‘Marsaskala Clean Up’, iċċirkola ritratt fejn intqal li tfajjel mar offra flixkun ilma lil kollettur tal-iskart u kif ukoll tah xi forma ta’ għajnuna.
Fl-istess post intqal li l-ħaddiem apprezza ħafna dan il-ġest speċjalment fl-għeqqel tax-xemx tal-ġurnata u li tista’ tgħid rah bħala barka mis-sema.
It-temperaturi sħan ta’ dan il-ġranet qed jagħmlu x-xogħol fuq barra aktar iebes mis-soltu, ġest sabiħ bħal dan huwa ferm dejjem apprezzat.
