Sport

Alex Borg fl-azzjoni llum fil-Main Tour tas-snooker

Wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament f’Wigan, il-plejer professjonali Malti Alex Borg illum ikun fl-azzjoni fil-Masters ta’ Riga bħala parti mill-Main Tour tal-World Snooker. Bil-kwalifikazzjoni li kiseb, hu jista’ jikkompeti fit-tournaments professjonali għaż-żewġ staġuni li jmiss.

Borg ħalla pajjiżna lbieraħ biex fil-Masters ta’ Riga jilgħab kontra l-Ingliż numru 27 tad-dinja Tom Ford, fuq l-aqwa seba’ frames, bil-logħba tibda fit-8.00pm ħin ta’ Malta.

Is-Sibt imbagħad Borg jilgħab logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni. Fl-International Open jilgħab kontra n-numru 56 fir-rankings Daniel Wells. Il-logħba tibda fit-3.30pm u tintlagħab l-aqwa fuq disa’ frames. Ir-rebbieħa ta’ dawn il-logħbiet jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-tournaments rispettivi li jintlagħbu xahrejn oħra fil-Latvja u ċ-Ċina.