Sport Sport Ieħor

Chris Froome se jitlef it-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Chris Froome se jitlef it-Tour de France li jmiss wara li probabbilment sofra ksur f’saqajh. Froome ttieħed fi sptar l-Erbgħa waranofsinhar minħabba ħabta bi preparazzjoni qabel ir-raba’ stadju tat-tellieqa. Stqarrija ta’ Team Ineos ikkonfermat li l-erba’ darbiet rebbieħ tat-Tour de France rtira mit-tellieqa.

Il-General Manager tal-istess tim Dave Brailsford qal li Froome ħabat ma’ ħajt hu u nieżel fi triq ta’ veloċità. Hu żied li l-ambulanza waslet malajr u ddeskriva l-inċident bħala serju ħafna. Iċ-ċiklist ta’ 3 sena kien fit-tmien post fl-klassifika fit-tellieqa Criterium du Dauphine, 24 sekonda wara Dylan Teuns li jinsab fl-ewwel post.