Il-kickboxer Maltija minn Ying Yang Team Noel Diane Schembri rritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta f’Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’.
Wara li telgħu l-poloz, Schembri bdiet din il-kompetizzjoni b’taqbida kontra Olga Gavrish f’isem l-Ukrajna. L-atleta Maltija uriet dominanza assoluta mill-ewwel ftit sekondi tal-ġlieda fejn bdiet tolqot lill-avversarja tagħha b’daqqiet preċiżi u effettivi. Dan kollu wassal biex eventalment, Schembri rebħet b’knockout fl-ewwel rawnd.
Wara din ir-rebħa, Schembri avvanzat għas-semifinali kontra l-atleta professjonali Taljana Victoria Di Mauro. Għal darba oħra, Diane tat prestazzjoni mill-aqwa kontra din il-ġellieda professjonali. Il-ġurija tat ir-rebħa lil Di Mauro, l-istess atleta li eventwalment rebħet il-finali u ġiet inkurunata t-titlu prestiġjuż ‘WKN Championship Girl Power Belt’
Ta min ifakkar li din il-ġimgħa Keith ‘Speed’ Azzopardi ser ikun qiegħed jissielet għal titlu ieħor f’Nice, fi Franza.
//= $special ?>