Lokali

“Għandu jkollna s-serħan tal-moħħ” – Prof. Peter Gatt

“Għandu jkollna s-serħan tal-moħħ meta jsir l-iżvilupp”.

Kliem il-ġeologu Peter Gatt, li kien mistieden ghall-programm Net Live fuq Net Tv fejn tkellem dwar il-qasam li tiegħu hu espert.

Xhur ilu, meta seħħ l-inċident tat-tiġrif tal-binja fi Gwardamangia,  Peter Gatt kien insista illi jekk mhu se jsir xejn, dawn it-tip ta’ inċidenti se jibqgħu iseħħu. U propju ftit tal-jiem ilu erġajna rajna inċident ieħor identiku.

Peter Gatt ilu s-snin jitkellem dwar il-bżonn li jitwaqqaf Servizz Ġeoloġiku Nazzjonali li jkun jista’ jagħmel monitoraġġ tal-blat.

Il-ġeologu irrefera għal-inċidenti tat-tiġrif tal-binjiet u qal li dawn mhux kumbinazzjoni li waqgħu.

Gatt stqarr li qed isir ħafna żvilupp f’daqqa u qed isir tħaffir aktar fil-fond milli kien isir sa ftit snin ilu.

Il-ġeologu saħaq li hu importanti li waqt li jkun qed isir l-iskavar tal-blat, il-professjonisti tal-blat ikunu preżenti kif ukoll li l-partijiet kollha involuti….  jiġifier l-iżviluppatur, is-sid, il-perit u l-esperti tal-blat jaħdmu flimkien sabiex jiġi assiguarat xogħol tajjeb, u jiġu evitati diżgrazzji bħal ma rajna fl-aħħar xhur.