Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-gvern qed juża strateġija intenzjonata li twarrab il-Konvenzjoni Kostituzzjonali u qed jgħaddi liġijiet separati u mhux f’pakkett sħiħ bl-iskop li ma jkollux bżonn l-appoġġ tal-Oppożizzjoni biż-żewġ terzi.
Fil-parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din il-liġi dwar is-seperazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kellhiex tkun preżentata weħidha għaliex minbarra d-diversi rapporti – fosthom il-Greco – f’Settembru 2014 il-Bord kompost minn diversi esperti fela l-kostituzzjoni u analizza jekk hemmx bżonn tibdilkostituzzjonali.
Fost il-proposti għall-Konvenzjoni Kostituzzjonali kien hemm proposta biex fiha ha jkun hemm nies esperti, il-President tar-Repubblika, ex Speakers, ex Imħalflin u persuni li jafu l-Kostituzzjoni. Huma riedu diskussjoni biex ikunu identifikati d-dgħjufijiet ta-kostituzzjoni u fuqhom jinbnew il-proposti għaliex kull parti tal-istituzzjonijiet għandhom ħaddmu tajjeb u jaħdmu flimkien. Jekk dan ma jsirx allura inutli jkun hemm settur partikolari li jkun qed jiffunzjona tajjeb. Proposta oħra kienet li jkunu kkunsidrati ideat mill-pubbliku biex issir distilazzjoni tal-ideat.
Il-Kostituzzjoni tinkludi diversi kundizzjonijiet dwar ix-xogħol, in-nisa is-sigurtà u l-assistenza soċjali, it-tistiħ tal-kooperattivi, iċ-ċittadinanza, dawk intitolati li jsiru ċittadini, il-poteri tal-parlament, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-protezzjoni tal-ħajja u l-propjetà, il-protezzjoni tal-ħelsien tal-espressjoni libera u għall-assoċjazzjoni bla konsegwenzi diskriminatorji fuq bażi ta’ razza. Il-Kostituzzjoni titratta l-elezzjonijiet, il-poteri kif isiru l-liġijiet u t-tibdiliet fil-Kostituzzjoni, il-mod kif il-parlament jeżerċita l-poteri tiegħu, l-elezzjonijiet ġenerali, l-eżekuttiv u l-awtorità li għandu, il-kabinett, is-saħħiet tal-President, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Avukat Ġenerali u l-qrati.
Adrian Delia qal li l-proposta ta-lum iridu jkunu kkunsidrati f’dan il-qafas. Kien hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li taħt Marie Lousie Cleiro Preca ingħalu tliet persuna biex jitneħħa l-qafas tat-tibdil tal-Kostituzzjoni. Konna qed nistennew li ningħataw il-qafas sħiħ biex il-liġi jaħdmu flimkien u jagħmlu sens biex jitħarsu iktar id-drittijiet tal-Maltin iżda l-Gvern m’għamilx hekk. Meta nbidel il-President il-Gvern ħa direzzjoni oħra u beda jġib dawn il-liġijiet waħda waħda flok flimkien, sostna Adrian Delia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-poplu jaf li ċertu tibdiliet kostituzzjonali jrid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Oppożizzjoni biż-żewġ terzi tal-Kamra. Il-Gvern qed jagħżel li jneħħi minn dak il-qafas sensiela ta’ liġijiet minn dak il-qafas biex ma jkollux bżonn l-appoġġ tal-Oppożizzjoni u b’hekk titnaqqas il-protezzjoni.
Adrian Delia kompla li l-gvern jaħseb li l-kritika hi ħażina u li jekk jitkellem hu jrid jiskot kulaħdd biex id-demokrazija tkun siekta u mumja. Il-Professur Kevin Aquilina iddikjara li minkejja dak li qed jgħid il-gvern din il-liġi hi mherrija, miktuba b’mod fqir u qed tiddieħak fil-Kummissjoni Venezja waqt li tistmerr il-prinċipji Kostituzzjoni.
Hu qal li dan hu l-eżempju lampanti ta’ kif m’għandhiex isir il-liġi fil-passat u li dan se jwassal għall-ksur tal-obbligi ta’ Malta fil-kuntest tad-drittijiet tal-gvern. Din hi liġi tan-niket, fjakka u fqira li tikkalpesta d-drittijiet tas-saltna tad-drtt, sostna Adrian Delia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-gvern irid idaħħal liġi minn taħt meta din hi liġi li tirrikjedi l-kunsens tal-Oppożizzjoni. Din hi li li mietet qabel twieldet. Dwar il-Kummissjoni Venezja, Adrian Delia qalet li mhux sew li l-AĠ għandu rwoli diversi; kif qalet l-Oppożizzjoni. L-AĠ għandu wisq poteri u funzjonijiet u din il-liġi ma tibdel xejn minn dan, sostniet il-Kummissjoni Venezja, li kkritikat ukoll l-AĠ għandu l-poter ħadu li ma jieħux passi kontra xi ġdid. Din m’hix tkun irranġata f’din il-liġi anzi l-liġi qed iżżid il-poteri tal-AĠ f’linja mal-poteri awtokratiċi tal-Prim Ministru.
Adrian Delia qal li l-Kummissjoni Venmzja sostniet li f’Malta liġi qed tagħmel bil-maqlub ta’ dak li hu aċċettat fid-dinja kollha. Il-Kummissjoni Venezja qalet ukoll li l-gvern Malti qed jieħu direzzjonijiet opposti ta’ dak li pproponiet fosthom dwar is-saltan tad-dritt u tmur kontra dak il-prinċipju.
Il-Kummissjoni Venezja sosniet li l-proposti tagħha dwar l-investigazzjonijiet kontra l-korruzzjoni wkoll kienu mwarrba mill-gvern f’din il-liġi. Fil-konklużjoni, l-Kummissjoni Venezja qalet li l-Gvern m’għandux problema u diffikulta li jibqa’ jikkalpesta s-saltna tad-dritt u li bil-liġi m’hu jagħmel xejn anzi qed jinjora l-proposti tal-Kummissjoni. Għalhekk il-gvern qed jaħdem b’intenzjoni u bi skop ħażin.
Adrian Delia qal li l-gvern qed jingħata iktar saħħiet fosthom il-pożizzjoni tal-gvern għandu persuna waħda u li d-deċiżjonijiet ta’ dawn in-nies ma jgħelibhom ħadd. Hu kompla li l-gvern qed ineħħi diversi poteri minn taħt idejn il-President tar-Repubblika, li għandu l-obbligu li jħares lill-Istat u l-poplu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Gvern Malti qed jikser l-obbligi internazzjonali u Malta qed tmur kontra l-prinċipju tas-saltna tad-dirtt. L-AĠ se jkollu konflitt ta’ interess għax se jibqa’ jmexxi l-FIAU u se jibqa’ membru fuq il-Kummissjoni għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja, fil-Kummissjoni dwar il-Ħatriet tal-Ġudikanti u se jipparteċipa fl-appelli tal-Kumitat Ġudizzjarju ta’ Dixxiplina.
Adran Delia qal li din hi liġi mgħaġġla, ma tixraqx lill-pajjiż u li tpoġġi lil Malta f’konflitt ma’ istituzzjonijiet Ewropej fosthom il-Kunsill tal-Ewropa; li fihom Malta ilha membru snin twal. Hu staqsa jekk il-gvern iridx jippersisti f’dan l-abbozz tal-mistħija jew jridx iwieġeb għall-prinċipju tal-UE, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Qorti tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. Il-Gven qed ikaxkar saqajh, sosniet il-Kummissjoni Venezja. Adian Delia appella biex il-gvern ma jingannax u jmur fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali kif il-poplu għandu dritt jistenna.
//= $special ?>