- Stephen Spiteri, PN
Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella beix is-saħħa mentali ma tkunx ikkunsidrata bħala settur tat-tieni klassi iżda jsiru l-invetsmenti meħtieġa.
Fl-Aġġornament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li issa li Kevin Cutajar kien maħtur deputat Nazzjonalista, il-parlament hu kburi li għndu għall-ewwel darba persuna bi bżonnijiet speċjali li se jkun qed iħaddem l-abbiltajiet tiegħu għall-ġid tal-poplu Malti.
Stephen Spiteri tkellem dwar is-saħħa mentali fil-pajjiż wara li l-MAP ħarġet stqarrija li taqbel li jkun hawn sptar ieħor flok l-Isptar Monte Carmeli. Din hi karba li ilha tingħad mill-Oppożizzjoni u mill-NGOs. Fl-Isptar Monte Carmeli u fis-settur hemm l-aqwa riżorsi umani bħala tobba, speċjalisti, infermiera mħarrġa, il-psikoloġi u t-terapisti.
Minkejja dan għad hemm diversi nuqqasijiet fosthom perjodu ta’ stennija li qed jieħu t-tul u li fil-mard mentali din hi problema kbira li ma tistax tistenna minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni tal-persuni. In-nuqqas ta’ staff adegwat hi problema u għalhekk il-kura fis-saħħa mentali trid tkun immirata fil-kura fil-komunità.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-avvanzati li qed isiru fl-Isptar Mater Dei iżda fil-kura tas-saħħa mentali u f’Monte Crameli hemm trattament tat-tieni kalssi fejn is-servizzi mhux ilaħħqu u fejn is-sigurtà hi nieqsa. Għalhekk għandu jkun hemm l-aħjar kura fis-saħħa mentali fejn għandu jkun hemm sptar ġdid viċin Mater Dei biex jingħataw is-servizzi kollha.
Stephen Spiteri appella biex il-pajjiż ma jħarisx lura u ammetta li l-isptar Monte Carmeli ilu mitluq għal numru ta’ snin. Irid issa jsir l-invetsiment meħtieġ biex dawn il-pazjenti jingħataw il-kura mistħoqqha għaliex il-problemi fis-saħħa mentali qed jikbru u jiżdiedu.
Dan il-gvern irid jirrikonoxxi l-bżonnijiet tal-lum fis-saħħa mentali b’kunsiderazzjonijiet għall-futur. Jeħteġ isisr ħidma nazzjonali bla partiġġjanoiżmu politiku biex ikun ikkunsidrat il-ġdi komuni tal-pazjenti li ma jistgħux jitkellmu iżda jrid ikun ħaddieħor li jitkellem f’isimhom.
//= $special ?>