Futbol Sport

Kamp ta’ taħriġ fl-Awstrija għat-tim Malti ta’ taħt id-19-il sena

Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena Winston Muscat flimkien mal-assistent tiegħu Stefano Grima sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-kamp ta’ taħriġ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Dan il-kamp ta’ taħriġ li jinkludi żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra FC Tirol u Jenbach, se jservi ta’ preparazzjoni għall-impenji fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni f’Novembru li ġej kontra l-Italja, is-Slovakkja u Ċipru.

L-iskwadra ta’ Muscat tinkludi grupp ta’ plejers li f’Novembru li għadda kiseb rebħa, draw u telfa fil-mini-tournament ta’ taħt id-19-il sena kif ukoll plejers ġodda li ġew promossi mill-iskwadra ta’ taħt is-17-il sena.

F’kumment lis-sit uffiċjali tal-MFA, Winston Muscat qal li t-tim ilu jitħarreġ għal dawn l-aħħar tliet xhur u ġabar skwadra ta’ 30 plejer wara li spiċċa l-kampjonat ta’ taħt id-19-il sena. “Osservajna l-plejers speċjalment il-livell fiżiku tagħhom li kien tajjeb, iżda ffukajna fuq l-aspett tattiku li hu wkoll importanti minħabba li qed nippreparaw għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni.”

Muscat kompla li qed iħarsu lejn dan il-kamp ta’ taħriġ bħala opportunità li jkompli jgħaqqad il-grupp kif ukoll se jaħdem fuq l-aspett psikoloġiku biex ikabbar il-fiduċja tal-plejers.

Skwadra finali

Gowlkipers: Amara Sylla (Birkirkara), Matthias Debono (Ħamrun Spartans)

Difensuri: Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs), Andreas Vella (Hibernians), Ismael Borg (Lija Athletic), Glenn Attard (Birkirkara), Owen Spiteri (San Ġwann), Liam McKay (Pietà Hotspurs), Christian Gauci (San Ġwann),

Midfielders: Carlo Zammit Lonardelli (Birkirkara), Bradley Sciberras (Floriana), Matthew Portelli (Hibernians), Russell Vella (Ħamrun Spartans), Shaun Dimech (Valletta), Jake Engerer (Cesena), Jake Ghio (Pietà Hotspurs)

Attakkanti: Paul Mbong (Birkirkara), Alexander Satariano (St. Andrews), Mattia Veselji (St. Andrews), Ryan Tonna (Valletta)