Il-mod kif Gvern jittratta lill-aktar pazjenti ta’ saħħa mentali vulnerabbli huwa kejl taċ-ċivilizzazzjoni u l-umanità tiegħu. Malta fadlilha ħafna x’taqdef.
Hekk jagħlaq l-editorjal tal-lum tal-ġurnal Times of Malta li jitkellem dwar l-istat prekarju li jinsab fih l-isptar prinċipali għall-kura ta’ pazjenti b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali.
L-editorjal jirreferi għall-istqarrijiet riċenti ta’ dak li sa ftit taż-żmien ilu kien iċ-Chief Operations Officer tal-isptar Monte Carmeli, Paul Dalli. Fi tweġibiet li ta lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC), Dalli qal li hu kien ixxukkjat bil-kundizzjonijiet miżeri li kienu jinżammu fihom il-pazjenti ta’ dan l-isptar. Fost l-oħrajn hu semma kif dawn il-pazjenti kellhom jinħaslu b’ilma kiesaħ inġazzat fix-xitwa għax is-sistema li ssaħħan l-ilma kienet imkissra.
L-editorjal ikompli jgħid li l-istqarrijiet tal-eks Chief Operations Officer tefgħu dawl fuq il-kundizzjoniet medjevali ta’ din l-istruttura li tospita fiha madwar 400 pazjent.
L-istpar Monte Carmeli tħalla jiddeterjora sal-punt li issa madwar 75% tal-binja għandha strutturi temporanji tal-metall li qed iżommu s-soqfa milli jċedu, filwaqt li partijiet oħra tal-isptar kellhom jingħalqu minħabba biża ta’ ċedimenti. Dan bir-riżultat li għadd ta’ pazjenti intefgħu imrassa fi swali oħra.
//= $special ?>