Futbol Sport

Organizzata b’suċċess id-disa’ edizzjoni tal-Goalkeeper Battle

(Ritratt: Martin Agius)

Is-Sibt li għadda fil-Luxol Stadium ġiet organizzata d-disa’ edizzjoni tat-Teamsport Goalkeeper Battle. B’kollox kien hemm madwar 200 parteċipant, b’għaxar kategoriji li kienu maqsuma fi gruppi ta’ erbgħa, bl-ewwel tnejn minn kull grupp jgħaddu għall-fażi tan-knock-out. Kull logħba damet erba’ minuti.

Il-kategoriji kienu taħt id-disa’ snin, taħt il-11-il sena, taħt it-13-il sena, taħt il-15-il sena, taħt is-17-il sena, taħt id-19-il sena, tal-kbar u tan-nisa, tad-doubles kif ukoll ta’ ‘l fuq minn 40 sena. Għal sena oħra, il-qligħ li sar minn din l-edizzjoni marret għal Fondazzjoni ŻEMŻEM, li hi għaqda voluntarja li tipprovdi assistenza lill-pazjenti li qed isofru mil-leukemia.

Ir-rebbieħa u min spiċċa t-tieni u t-tielet f’kull kategorija ngħataw trofew kull wieħed filwaqt li l-parteċipanti kollha ngħataw kit Macron tal-gowlkipers, ingwanti Numero 1 tal-gowlkipers kif ukoll midalja kommemorattiva. Barra minn hekk ingħataw ukoll unuri speċjali tal-aqwa skorer u l-anqas gowlkiper li sofra gowls.

Ir-rebbieħa kollha

Taħt id-disa’ snin:1. Noah Mulholland (San Ġwann), 2. Mattias Gilson Azzopardi (Balzan), 3. Haiden Buttigieg (Mellieħa)

Taħt il-11-il sena:1. Jayden Farrugia (Mosta), 2. Alexej Micallef (Marsaskala), 3. Alessandro Farrugia (San Ġwann)

Taħt it-13-il sena:1. Kirsten Galea (Balzan), 2. Leon Gauci (Birkirkara), 3. Jacob Agius (San Ġwann)

Taħt il-15-il sena:1. Kyle Barbara (Luxol), 2. Mattias Buttigieg (Balzan), 3. Renson Bezzina (Ħamrun)

Taħt is-17-il sena:1. Jordan Agius (San Ġwann), 2. Deacon Everett (Celtic), 3. Mattias Debono (Ħamrun)

Taħt id-19-il sena:1. Jean Leon Cassar (Valletta), 2. Gerson Mifsud (Kalkara), 3. Lydon Moore (Ħamrun)

Irġiel:1. Christian Cassar (Vittoriosa S.), 2. Ryan Micallef (Għargħur), 3. Jonathan Martinelli   

Nisa:1. Janice Xuereb (Birkirkara), 2. Rachel Lynn Borg, 3. Maria Abdiilla (Kirkop)

Doubles:1. Jake Pisani (Balzan), Slaven Micallef (Naxxar), 2. Ryan Micallef (Għargħur), Maxwell Bonett (Sirens), 3. Luke Bonnici (Lija A.), Sebastian Spiteri (Luxol)