L-ekwipaġġ tal-vapur Sea Watch salva 52 persuna minn fuq dinghy li kien madwar 47 mil ‘il barra mill-kosta ta’ Zawiya.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10am, u sa issa għad m’hemm l-ebda informazzjoni fejn se jittieħdu dawn l-immigranti.
L-ammont ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta f’inqas minn xahar tela’ għal kważi 722 persuna. Il-kriżi tal-immigrazzjoni waslet ukoll biex numru ta’ tfal ilbieraħ tilfu ħajjithom barra l-kosta Griega, wara li d-dgħajsa li kienu fuqha inqalbet.