Żagħżugħ ta’ 22 sena min-Nadur ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:45am fi Triq il-Manikata meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Opel misjuqa minn tfajla ta’ 24 sena minn San Ġwann u mutur misjuq miż-żagħżugħ Għawdxi.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei b’urġenza fejn instab li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.