Minkejja s-sospenzjoni numru ta’ ħaddiema jidher li kellhom ordnijiet oħra u baqgħu għaddejjin bix-xogħol u twaqqigħ, tħaffir u skavar.
F’filmat li rċevejna ftit tal-ħin ilu jikkonferma dan, hekk kif għalkemm dalgħodu tħabbret din is-sospenzjoni xorta waħda f’ċertu siti dan ix-xogħol baqa’ għaddej.
Persuni li ċemplulna qalulna li anki għamlu kuntatt mal-pulizija, madankollu l-pulizija weġbuhom li ma kellhom l-ebda ordni biex imorru jwaqqfu x-xogħol.
Fi stqarrija maħruġa llejla, id-Direttur responsabbli għall-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (BRO) ordna l-waqfien immedjat għal kwalunkwe attività konnessa ma’ twaqqigħ ta’ bini eżistenti u tħaffir fis-siti kollha fejn qed issir kostruzzjoni f’Malta u Għawdex.
Il-filmat ittieħed għall-ħabta tas-6pm f’Birkirkara, dak f’Tas-Sliema għall-ħabta tal-5pm.
//= $special ?>