Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu kmieni dalgħodu fi Triq Mimosa fi Gwardamanga wara li ċeda ħajt li jmiss eżatt ma’ sit ta’ kostruzzjoni.
Fil-post waslet ukoll ambulanza, u numru ta’ fire engines. Żewġ residenti li kienu f’din il-blokka ġew evakwati, filwaqt li nies fit-triq ġew ordnati biex joqgħodu ‘l bogħod minn dan il-bini bħala prekawzjoni. Dan għaliex il-blokka, bil-bod kif iġġarraf il-ħajt, mhix stabbli.
Il-ħajt li ċeda huwa ta’ żewġt ikmamar ta’ appartament li jinsab fil-livell tat-triq – ħajt ta’ kċina u salott.

Dan huwa r-raba’ każ tax-xorta tiegħu fl-aħħar xhur.
Inċidentalment, wieħed minn dawn il-każi seħħ propju ftit metri biss bogħod minn fejn seħħ l-inċident ta’ dalgħodu, fi Gwardamanga stess.


