Raġel minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:15 fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija hekk kif għal xi raġuni l-vittma ta 36 sena ntlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 29 sena minn San Ġwann.
Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

