Żagħżugħ ta’ 23 sena aktarx jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għal isfel f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Annetto Caruana, fuq sit li fuqu qed tinbena skola.
Il-ħaddiem, li huwa mill-Mali, waqa’ m’għola erba’ sulari meta nqasmet tavluna, u sofra ġrieħi gravi f’rasu u f’idejh. Fatt li jqajjem dubji fuq kemm il-ħaddiem kien marbut fil-ħin tal-inċident.
Il-pulizija u tim mediku marru fuq il-post, minn fejn il-ħaddiem ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, iżda x’aktarx jinsab fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>