Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 4 sulari

Żagħżugħ ta’ 23 sena aktarx jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għal isfel f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Annetto Caruana, fuq sit li fuqu qed tinbena skola.

Il-ħaddiem, li huwa mill-Mali, waqa’ m’għola erba’ sulari meta nqasmet tavluna, u sofra ġrieħi gravi f’rasu u f’idejh. Fatt li jqajjem dubji fuq kemm il-ħaddiem kien marbut fil-ħin tal-inċident.

Il-pulizija u tim mediku marru fuq il-post, minn fejn il-ħaddiem ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, iżda x’aktarx jinsab fil-periklu tal-mewt.

Is-sit fejn seħħ l-inċident