Jekk mingħalik li l-etikett fit-toroq Maltin huwa estint, jaf sejjer żbaljat.
Filmat ippublikat onlajn wera xena mhux tas-soltu, iżda taf tkun waħda komuni għal din iz-zona ta’ Marsaskala, ta’ familja papri jaqsmu t-triq minn fuq l-istrixxi pedonali.
Iżda mhux biss, l-għaliex it-tjur stennew il-vettura tiqfilhom, ħarsu maż-żewġt iġnub kif suppost sabiex sussegwentament qasmu dlonk it-triq.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-filmat inġibed mill-passiġġier u mhux mis-sewwieq – u hawnhekk il-liġi ġiet osservata b’mod komplut.
//= $special ?>
