Il-Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista Mosta jiċħad bl-aktar mod kategoriku r-rapport falz ta’ One News.
Norvin Spiteri li hu President tal-Kumitat PN Mosta qal li l-kumitat ma ressaq l-ebda mozzjoni ta’ sfiduċja fit-tmexxija u ma talabx għar-riżenja ta’ ħadd.
F’mument diffiċli għall-Partit Nazzjonalista il-kumitat jitlob għal diskussjoni matura fi spirtu ta’ għaqda biex ikompli jissaħħaħ il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

