Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u s-Sindku John Schembri mistiedna jqumu mir-raqda

Għajta ġenerali f’Ħal Luqa, b’mod partikulari fiż-żona ta’ Ħal Farruġ biex is-Segretarju Parlamenatri Silvio Schembri u s-Sindku Laburista John Schembri jqumu mir-raqda u jmorru jżuru r-raħal ta’ Ħal Farrug f’Ħal Luqa fejn hemm abbandun totali u r-residenti ilhom ħafna jilmentaw mit-telqa f’din iz-zona.

Residenti fiż-żona ta’ Ħal Farruġ li tkellmu ma’ In-Nazzjon qalulna li huma issa ilhom is-snin jgħixu f’żona abbandunata u minkejja li tkellmu diversi drabi biex l-awtoritajiet jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ din iż-żona, kull karba waqgħet fuq widnejn torox għaliex iż-żona ta’ Ħal Farruġ mitluqa kienet u mitluqa baqgħet.

Sadattant fil-jiem li għaddew fil-facebook tal-Viċi Sindku Laburista Donald Cassar dehru diversi posts bi kritika ħarxa fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembru u s-Sindku Laburista Joseph Schembri proprju dwar il-qagħda ta’ din iż-żona.

Filwaqt li Donald Cassar qed jinsisti li hu ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dawn il-kummenti għaliex fil-fatt kienu impoġġija hemmhekk wara li xi ħadd għamel hacking tal-facebook tiegħu. Dawn il-kummenti qawwija fil-konfront tas-Segrearju Parlametnari u s-Sindku Laburista kienu fis-sens li dawn għandhom iqumu mir-raqda u jindirizzaw il-problemi tar-residednti f’Ħal Farruġ.

Fost il-messaġġi miktuba fuq il-facebook ta’ Donald Cassar kien hemm messaġġi bħal: “Silvio Schembri pufta kollu hu u missieru”, “Daħal Mr Silvio Schembri missu Ħal-Farrug lussu basta ħafna nejk Silvio Ħal-Farrug baqa l-istess. Action king”, u “Ħal-Farrug is calling. Irbaħna l-elezzjoni u n-nies għadhom bix-xenqa. Sindku mur naqa s’hemm pls grazzi”.

Tajjeb li jingħad li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri hu iben is-Sindku Laburista John Schembri u residenti f’Ħal Farruġ jistqarru li dawn rimotament taw każ tal-bżonnijiet tagħhom  kull darba li huma tkellmu dwar it-telqa u l-abbandun f’din iż-żona.