Lokali

“Ilna xahrejn inwissuhom li se tiġri traġedja” – residenti f’Gwardamangia

Erba’ familji u grupp ta’ tliet barranin jistgħu jgħodduha b’waħda fir-raba’ każ fi ftit ġimgħat ta’ bini li ċeda kawża ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni li kien għaddej biswit ir-residenzi tagħhom.

Din id-darba kien imiss lil blokka ta’ appartamenti fi Triq Mimosa, Gwardamanġa, li ftit qabel it-tmienja ta’ filgodu bdiet iċċedi waqt li biswithom kien għaddej xogħol ta’ skavar għal numru ta’ garaxxijiet.

Il-blokka affettwata fiha sitt appartamenti, li fiha kienu joqgħodu 16-il adult u żewġt itfal. Wieħed mill-appartamenti fejn kienet tgħix anzjana llum-il ġurnata hu vojt.

Ritratti: Matthew Tabone