Iċ-champions Ingliżi Manchester City se jibdew l-impenji tagħhom fl-istaġun il-ġdid tal-Premiership b’logħba away kontra West Ham. Din il-partita se tintlagħab is-Sibt 10 ta’ Awwissu fis-1.30 p.m. L-ewwel partita se tintlagħab il-Ġimgħa filgħaxija, 9 ta’ Awwissu, u se tlaqqa’ liċ-champions Ewropej Liverpool mat-tim promoss ta’ Norwich. Il-partita tibda fid-9.00 p.m.
Id-dettalji tal-kalendarju tal-Premier Ingliż għall-istaġun 2019/20 ingħataw illum wara li ttellgħu l-fixtures f’Londra. Manchester United jilgħabu l-Ħadd, 11 ta’ Awwissu f’Old Trafford b’partita iebsa kontra Chelsea. Partita li tibda fil-5.30 p.m. Dak inhar fit-3.00 p.m. jilgħabu Newcastle kontra Arsenal.
Iż-żewġ timijiet promossi l-oħra Sheffield United u Aston Villa se jibdew barra minn darhom it-tnejn kontra Bournemouth u Tottenham rispettivament. Bournemouth Sheffield United se tinlagħab is-Sibt, 10 ta’ Awwissu fl-4.00 p.m. Il-partita Totenham kontra Aston Villa tintlagħab ukoll is-Sibt, imma fis-6.30 p.m.
Il-partiti tal-ewwel ġurnata:
Liverpool v Norwich, West Ham v Manchester City, Bournemouth v Sheffield United (4.00 p.m), Burnley v Southampton (4.00 p.m), Crystal Palace v Everton (4.00 p.m.), Leicester City v Wolves (4.00 p.m.), Watford v Brighton (4.00 p.m.), Tottenham v Aston Villa, Newcastle v Arsenal, Manchester United v Chelsea. Il-partiti li huma bil-ħin se jintlagħbu s-Sibt 10 ta’ Awwissu.
//= $special ?>