Il-kap tal-Building Regulations Office, Michael Ferry, iddikjara li mhux ġust li wieħed jakkuża lill-istess uffiċċju li r-rapporti li jsiru qed jiġu injorati.
Dan wara li saru akkużi mir-residenti ta’ blokka appartamenti li ċediet fi Gwardamanġa, li ma nbidel xejn minkejja r-rapporti tagħhom lill-Building Regulations Office.
Waqt li ma xtaqx jitkellem dwar il-każ speċifiku, għax għaddejja l-Inkjesta Maġisterjali, Ferry ċaħad l-akkużi li r-rapporti qed ikunu njorati.
Net News staqsa lil Ferry wara li kien il-Prim Ministru stess li indikalna biex nagħmlu dan, għaliex qal li hu ma jridx jikkummenta.