Fis-sħana ta’ dawn il-jiem, żorna l-lokalità tal-Marsa fejn iltqajna ma’ numru ta’ Marsin li b’ħeġġa komplew ix-xogħol ta’ armar u anki ta’ nar għall-Festa li se tiġi ċċelebrata l-Ħadd li ġej.
Fl-anniversarju tas-70 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Trinita Qaddisa se jittella’ spettaklu pirotekniku l-Ġimgħa għall-ħabta tal-11.30pm wara li jidħol il-marċ. Dwar dan ħadna l-kumment ta’ Paul Camilleri, iċ-Chairman tal-Kummissjoni Trinitarji.
Dan l-ispettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika se jkun mhux biss imtella’ minn fuq il-bjut tal-Każin tal-banda iżda se jkun hemm nar tal-ajru li se jkun mal-arblu tal-istess każin u kif ukoll ma’ numru ta’ arbli sekondarji.
Dan l-ispettaklu ukoll se jkun kompost għal madwar 20 minuta kontinwi ta’ nar flimkien ma’ dwal u wirja bil-laser minn fuq il-bejt tal-Każin.
Intant qabel tlaqna nnutajna wkoll l-ammont ta’ volontarji Marsin biex ikomplu jħejju għall-Festa tat-Trinita Qaddisa.
