L-għaqda mhux governattiva Sea Watch irrifjutat l-offerta tal-Libja sabiex jidħlu bil-bastiment b’numru ta’ immigranti abbord, f’port Libjan, hekk kif skonthom Tripli mhux sigura.
Huma saħqu li ġaladarba jirritornaw it-52 persuna salvata bejn sema u ilma fil-Libja, dawn ser ikunu qed jixħtuhom f’ħalq il-lupu hekk kif jaf jispiċċaw arrestati jew saħansitra ittorturati.Kelliema għall-NGO Ġermaniża saħqu li hija tal-mistħija li l-Gvern Taljan qed jipprova jħeġġiġhom jagħmlu proprju dan.

Il-Kaptan tal-bastiment Sea Watch 3 sostna li l-ewwel ma’ huma obbligati jagħmlu hu li jħarsu lejn is-sigurtà tal-immigranti u għaldaqstant jittrasportawhom lejn port sigur. Dan ifisser li la huma ser jerġgħu jieħduhom lura lejn il-Libja u wisq inqas ser inewluhom lil bastiment Libjan ieħor.
Il-Kaptan kompla jinsisti li hemm bżonn tingħatalhom għażla oħra sabiex iserraħ rasu mill-għixien tal-persuni salvati.
Intant, il-Viċi Prim Ministru Taljan, Matteo Salvini saħaq li s-Sea Watch 3 huwa vapur illegali li qed ipoġġi ħajjet għexieren ta’ nies fil-periklu.
Preżentament il-vapur jinsab 38 mil nawtiku ‘l bogħod mill-kosta Libjana, 125 mil nawtiku ‘l bogħod minn Lampedusa u 170 mil nawtiku ‘il bogħod mill-Gżejjer Maltin.

Ong pronta a querelare il vicepremier | Lui: “Uuuhh che paura” – La ong, intanto, si appresta a querelare Salvini per diffamazione a mezzo stampa. Immediata la replica su Facebook del vicepremier: “Gli abusivi della ong mi querelano??? Uuuhh, che paura. Per gli scafisti e i loro complici, i porti italiani sono e rimangono chiusi”.
//= $special ?>

