Numru ta’ impjegati ta’ kumpaniji differenti, fosthom kumpanija tal-gaming, kif ukoll residenti fl-inħawi ta’ Telgħet Gwardamanġa l-Ħamis filgħaxija ġew evakwati għat-tielet darba fi ftit jiem.
Dan hekk kif għal darb’oħra kien hemm theddida ta’ bomba fuq vann tal-istess kumpanija. Biss biss, fl-aħħar ġimgħa, dan kien it-tieni episodju simili li għal darb’oħra ma wassal għas-sejba tal-ebda splussiv.
Il-vann kien ipparkjat fil-parkeġġ tal-Isptar San Luqa, bil-membri tat-taqsima tal-isplussiv tal-Forzi Armati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ikun żgurat li m’hemmx periklu.Iz-zona tal-parkeġġ, inkluż it-Telgħa ta’ Gwardamanġa, kienet magħluqa għall-pubbliku biex ikun żgurat li ma jkunx hemm periklu.
Armati ta’ Malta ġew msejħa fi Gwardamaġa hekk kif għaddejja bl-investigazzjonijiet wara rapport ta’ splussiv ma’ vann.
Il-każ seħħ ftit wara s-7pm fi Triq l-Ursolini. Uffiċjali tal-Pulizija jinsabu fuq il-post.
Filwaqt li għadd ta’ persuni ġew evakwati minn residenzi u uffiċini fil-madwar, mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li din ija t-tieni theddida ta’ bomba fl-aħħar ġimgħatejn b’rabta ma’ kumpanija li tinsab f’din it-triq.
//= $special ?>