Lokali

“Trid tittieħed azzjoni denja llum qabel għada” – Kamra tal-Periti

Il-Kamra tal-Periti ilha snin tappella biex tittieħed azzjoni qabel ikun tard wisq u biex issir riforma komplessiva mill-att regolatorju li taħtu jaqa’ s-settur tal-kostrizzjoni.

Waqt il-programm Net Live l-Erbgħa l-Perit Andre Pizzuto f’isem il-Kamra tal-Periti qal li m’hemmx awtorità waħda li tirregola il-binjiet jew li tkun ta’ gwida għall-Periti u dawk kollha involuti fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Hawn appella biex id-dokument li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu, u li kienu ilu jiġi mfassal mill-2007 jingħata importanza.

Il-ħtieġa ta’ azzjoni immedjata kompliet tinħass wara s-serje ta’ inċidenti li kellna fl-aħħar ġimgħat u xhur f’siti ta’ kostruzzjoni.