Sport Sport Ieħor

Chris Froome jista’ jdum sitt xhur biex jirkupra wara l-ħabta tal-Erbgħa li għadda

(Ritratt: EPA)

Il-Britanniku Chris Froome jista’ jagħmel tal-anqas sitt xhur bogħod miċ-ċikliżmu wara li kien operat l-Erbgħa wara ħabta kerha. L-erba’ darbiet rebbieħ tat-Tour de France, għadda minn operazzjoni ta’ sitt sigħat li ġiet deskritta mill-kirurgu bħala suċċess.

Hu sofra minn ksur f’ġenbu, il-minkeb u l-kustilji filwaqt li ntilef minn sensih wara l-ħabta. Il-kirurgu Remi Philippot qal li hu diffiċli biex ikun ċert miż-żmien eżatt tat-tul biex jirkupra u ammetta li r-rijabilitazzjoni tista’ ma tkunx kif jixtiequ. It-tobba jinsabu kuntenti ħafna bil-progress tiegħu, b’Team Ineos jgħidu li Froome se jibqa’ l-isptar għal jiem li ġejjin. Il-ħabta seħħet waqt it-taħriġ qabel ir-raba’ stadju tal-Criterium du Dauphine fi Franza.

Froome neħħa parzjalment id minnhom minn fuq ir-rota u kien għaddej b’54 kilometru meta r-riħ qawwi qabad ir-rota ta’ quddiem u tilef il-kontroll fejn spiċċa ħabat ma’ ħajt. Hu ttieħed fl-isptar ta’ Saint Etienne biex issirlu l-operazzjoni.